Fil-Korea ta’ Fuq ma jistax ikun ċelebrat il-Milied

L-insara fil-Korea ta’ Fuq iċċelebraw il-Milied reliġjuż weħidhom jew fi gruppi żgħar għax legalment ma jistgħux jinġabru bħala komunita’ reliġjuża.
Fil-fatt il-Korea ta’ Fuq hi l-aktar pajjiż diffiċli fejn wieħed jgħix bħala nisrani. Pajjiż li għal dawn l-aħħar 11-il sena kien meqjus bħala l-ewwel wieħed fil-lista ta’ pajjiżi fejn l-insara jinsabu taħt persekuzzjoni.
Il-ftit knejjes li g]andhom permess fil-kapitali Pyongyang huma meqjusa bħala armature biex jagħtu l-impressjoni lill-barranin li teżsti l-liberta reliġjuża fil-pajjiż. Madankollu, kull ċittadin tal-Korea ta’ Fuq li jkun identifikat bħala nisrani jitqies bħala li qed jisfida li jqim lill-President Kim Jong-Un u jkun qed jissogra li jispiċċa l-ħabs jew jingħata t-trtura f’kamp tax-xogħol fejn ikun fil-periklu li jmut.
Il-President Kim, is-sena li għaddiet ordna li ma jsirux festi tal-Milied u ordna li kull ċittadin fl-24 ta’ Diċembru għandu jfakkar lil nanntu li kienet twieldet fl-isess ġ=urnata fl-1919. Din is-sena ipprojbixxa laqgħat fejn ikun hemm kant jew konsum ta’ alkohol.
Għal ħafna snin, torri għoli madwar 60 pied kien jinxtegħel qisu siġra tal-Milied il-ġewwa mill-Fruntiera tal-Korea t’Isfel. Fuq kien jitpoġġa salib mixgħul.  Il-Korea ta’ Fuq qieset dan bħala provokazjoni u gwerra psikoloġika.
Minħabba din l-ostilita’ lejn il-Milied u s-simboli li jirrappreżentawh, mhux ta’ b’xejn li ħafna nsara mill-Korea ta’ Fuq, jaħbu t-twemmin tagħhom saħansitra minn membri tal-familja, mill-ħbieb u mill-ġirien.  Dawn jiċċelebraw il-Milied weħidhom u b’mod sigriet.  L-aktar l-aktar jiltaqgħu żewġt iżbieb fuq xi bank fil-pjazza jgħidu xi talba minn taħt l-ilsien u fil-kwiet. Kultant f’xi post bogħod mill-kapitali, gruppi ta’ 50 persuna jew ftit aktar jissugraw jiltaqgħu biex jitolbu flimkien.
Minkejja dan kollu, jidher li l-Knisja Kattolika fil-Korea ta’ Fuq qed tikber u hu kalkulat li għandha madwar 300,000 membru. Xi nies mill-Korea ta’ Fuqsaru nsara wara li jkunu telqu lejn xi pajjiż barrani ifittxu l-ikel u meta jirritornaw lejn djarhom jaqsmu l-fidi tagħhom ma’ membri tal-familja.