Fil-Korea ta’ Fuq; jitlaqqa’ l-partit fil-gvern

Read in English.

Il-Korea ta’ Fuq se torganizza sessjoni plenarja għall-kumitat ċentrali tal-partit tagħha illum. Dan wara li l-mexxej Kim Jong Un ippresieda laqgħa biex iddiskuta l-modi ta’ kif jisa’ jkun hemm progress taħt sitwazzjoni ta’ ‘tensjoni’.

Is-sessjoni plenarja, li sseħħ b’mod regolari, se tkun qed issir wara li l-mexxej tal-Korea ta’ Fuq kellu summit mal-president Amerikan Donald Trump fi Frar li għadda. Is-summit twaqqaf minn Trump hekk kif iż-żewġ mexxejja ma sabux mod kif jaqblu dwar l-armi nukleari tal-Korea ta’ Fuq u s-sanzjonijiet internazzjonali.

L-uffiċjali tal-partit li qiegħed fil-gvern, se jiltaqgħu biex jiddiskutu u jiddeċiedu x’se tkun it-triq il-ġdida u l-modi ta’ kif se jikkumbattu kontra s-sitwazzjoni rivoluzzjonarja prevalenti.