Fil-Kolombja jinfetaħ bank tal-ikel ‘Papa Franġisku’

Fil-Kolombja nfetaħ 'bank tal-ikel' li jġib l-isem tal-Papa Franġisku.
L-iskop tal-bank hu biex jagħti ikel lil familji fil-bżonn, wara li jiġbor prodotti minn ħwienet u supermarkets.
Se jkun qed jagħti għall-ewwel darba uċuħ tar-raba’, fi proġett pilota biex ukoll jgħin lill-fqar.
Iċ-ċentru hu titjib ta’ dak li kien ilu jaħdem għal 15-il sena madwar 100 kilometru minn Bogotà, fejn kien jgħin madwar 1,300 familja.
Se jiġi inawgurat uffiċjalment fit-8 ta’ Diċembru hekk kif il-Knisja tagħti bidu għall-Ġublew tal-Ħniena.
Skont l-aġenzija Fides, aktarx li dan iċ-ċentru se jservi bħala mudell għal inħawi oħra fil-qrib.