Fil-Kenja l-President Mwai Kibaki b’sejħa għal elezzjoni bla vjolenza

Fil-Kenja, il-President Mwai Kibaki għamel sejħa liċ-ċittadini tal-pajjiż biex nhar it-Tnejn li ġej imorru jivvutaw fil-kwiet u għat-telliefa biex jaċċettaw it-telfa.

Il-President Kibaki qal dan meta indirizza lin-nazzjon. L-elezzjoni li għaddiet wasslet għal vjolenza fil-pajjiż, li fiha mietu aktar minn elf persuna u mas-600 elf persuna kellhom iħallu djarhom.

Kibaki mhux se jikkontesta l-elezzjoni, wara li għamel żewġ termini fit-tmexxija. Il-Prim Ministru Raila Odinga u d-Deputat Prim Ministru Uhuru Kenyatta huma l-favoriti li wieħed minnhom ikun is-suċċessur tiegħu.

Kenyatta huwa akkużat li kien wara l-vjolenza etnika wara l-elezzjoni tal-200 u se jgħaddi ġuri f’The Hague ix-xahar id-dieħel għall-krimini kontra l-umanità. Huwa jiċħad l-akkużi.