Fil-Kenja, il-Papa jenfasizza l-ħarsien tal-valuri

Il-kant u ż-żfin tradizzjonali Afrikan laqa’ lil Papa Franġisku fl-ewwel quddiesa għall-massa f’dan l-ewwel vjaġġ apostoliku tiegħu fil-kontinent.
Hu stmat li kienu eluf dawk li attendew fil-kampus universitarju ta’ Nairobi, fil-Kenja, minkejja x-xita li kkaratterizzat il-jum.
Il-messaġġ ewlieni tal-omelija kien il-ħarsien tal-valuri tradizzjonali, familji b’saħħithom, l-imħabba lejn l-ulied u l-ħarsien tad-dinjità tal-bniedem.
Tkellem ukoll kontra l-qtil tat-tarbija fil-ġuf u l-ħtieġa ta’ soċjetà ħanina. 
Mal-wasla tiegħu fil-Kenja, ilbieraħ, il-Papa mill-ewwel tkellem favur il-paċi u r-rikonċiljazzjoni