Fil-Kanada jinstabu l-katavri ta’ 4 itrabi

Sejba makabra dik li ħarġet fl-aħħar sigħat fil-Kanada hekk kif instabu l-katavri ta’ erbat itrabi tat-twelid moħbija fi gwardarobba f’maħżen.
Il-fdalijiet kienu fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni u nstabu mill-ħaddiema.
Il-Pulizija ddeskriviet din is-sejba bħala waħda li tinkwetahom u li turi traġedja lil hinn minn kull immaġinazzjoni, għalkemm ma tat ebda ħjiel tal-investigazzjonijiet tagħha.