Il-pulizija fil-Kanada bdew investigazzjoni wara li saret ħsara fuq gondola ta’ cable car. Aktarx dan kien każ ta’ vandaliżmu.
Skont il-midja internazzjonali, kważi t-30 cable car kollha li hemm fuq Sea-to-Sky gondola fi Squamish fit-Tramuntana ta’ Vancouver waqgħu mal-art.
Il-Pulizija temmen li xi ħadd qata’ xi cables għal t’apposta fis-sigħat bikrin tas-Sibt.
Il-kumpanija qalet li l-inċident seħħ għall-4.30am ħin lokali. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
@Seatoskygondola indefinitely closed. No injuries. Significant damage. Updates to come. #squamish pic.twitter.com/MmjSeAJjXv
— Squamish RCMP (@SquamishRCMP) August 10, 2019