Kampjonati tal-Atletika f’Moska Mo Farah iniżżel ismu fl-istorja

Fil-Kampjonati tal-Atletika li qed isiru f’Moska, il-Brittaniku Mo Farah niżżel ismu fl-istorja meta sar it-tieni bniedem billi rebaħ id-double fit-tlielaq tad-distanzi fl-Olimpjadi u dawk tal-Kampjonati.  

Mo Farah rebaħ it-tellieqa tal-5,000 metru wara li s-sibt rebaħ id-deheb fl-10,000 metru.   Fit-tellieqa tal-bieraħ ħareġ rebbieħ fi 13-il minuta u 26.99 sekonda.

Qabel, l-ewwel bniedem li kien niżżel ismu dwar dan kien l-atleta mill-Etjopja Kenenisa Bekele.