Fil-ħin li ġej: Maltempata fuq Malta

First Malta, bassara tat-temp indipendenti, qed jirrapportaw li maltempata mistennija taħkem lill-Gżejjer Maltin fil-ħin li ġej.

Fi stqarrija, spjegaw li bħalissa tidher riesqa lejn pajjiżna maltempata f’forma partikolari tawwalija li tifforma quddiem front kiesaħ magħrufa bħala Squall Line. Spjegaw li jekk is-sitwazzjoni tibqa’ kif inhi, l-maltempata mistennija tilħaq il-gżejjer Maltin f’inqas minn siegħa.

Il-bassara indipendenti rrappurtaw ukoll li mal-lejl li għadda ġew imkejla 14.7mm xita fuq Ħal Luqa. Madanakollu spjegaw li żoni oħra bħal Għawdex ftit li xejn intlaqtu.

Spjegaw li l-maltemp mistenni jippersisti sa’ għada, b’ħalbiet tax-xita, xi wħud bir-ragħad minn ħin għal ħin.

Għal aktar informazzjoni żur is-sit FirstMalta.com jew il-paġna ta’ Facebook. Tista’ tniżżel l-app minn hawn.