Jiżżewġu l-Prinċep Harry u Meghan Markle

Il-Prinċep Harry u Meghan Markle ngħaqdu fiż-żwieġ fil-Kappella ta’ San Ġorġ.
Għadd ta' mistiedna attendew għat-Tieġ Irjali fil-Kappella f’Windsor Castle.
Is-servizz beda sitt minuti aktar tard milli mistenni. Qed jitmexxa mid-Dekan ta’ Windsor David Conner.
Miljuni ta’ persuni minn madwar id-dinja mistennija jsegwu din ix-xandira diretta permezz tat-televiżjoni. Fost il-mistiedna hemm il-preżentatriċi Amerikana Oprah Winfrey u l-attur Idris Elba. Il-Prinċep Harry huwa s-sitt eredi tat-tron.
Ritratt: The Royal Family