Fil-gżejjer Falklands il-popolazzjoni se tmur tivvota f’referendum

Fil-gżejjer Falklands, il-popolazzjoni se tmur tivvota f’referendum fuq jekk it-territorju jibqax territorju Ingliż barra minn pajjiżu.

L-Arġentina ilha tinsisti li l-gżejjer huma tagħha. Tletin sena ilu, task force Ingliża kienet reġgħet ħadet f’idejha t-territorju wara konflitt mal-Arġentina li dam sejjer 74 jum.

Il-popolazzjoni tal-Falklands ddeċidew li jorganizzaw il-vot wara pressjoni li saret mill-Arġentina fuq is-sovranità. Mal-1,700 persuna huma ntitolati jivvutaw minn popolazzjoni ta’ 2,900 ruħ. Il-komunità mistennija tivvota bi ħġarha favur li tibqa’ taħt ir-Renju Unit.