Filmat: It-tieni edizzjoni tal-‘JChallenge’ – Villaġġ għaż-Żgħażagħ

Matul dan it-tmiem il-ġimgħa, fil-Gudja qed tittella’ l-attività ‘JChallenge’, villaġġ għaż-żgħażagħ li jinkludi fih bosta avvenimenti mmirati lejn iż-żgħażagħ bil-għan li jħeġġeġ iktar il-ħidma volontarja fost iż-żgħażagħ waqt li jgħinhom isiru iktar parti minn kommunità u jiskopru l-valuri tagħhom.

Il-Villaġġ ‘JChallenge’ fetaħ il-Ġimgħa filgħaxija b’ċerimonja u ftuħ ta’ ‘stands’ imtella’ apposta minn diversi għaqdiet li jaħdmu fost iż-żgħażagħ. Mat-toroq tal-Gudja f’dawn it-tlett’ ijiem qed isir programm diversifikat li jvarja minn diskussjonijiet, attivitajiet sportivi, quddies, wirjiet fotografiċi u karaoke.

L-attività qed tittella' mill-Grupp Żgħażagħ Gudja li wara s-suċċess ta' sentejn ilu f'dan l-avveniment, sa minn Jannar li għaddha beda l-preparamenti biex jerġa jittella' l-'JChallenge'. Newsbook tkellem ma' Dexter Portelli mill-istess Grupp Żgħażagħ Gudja. Il-programm jintemm il-Ħadd filgħaxija permezz ta’ divertiment mużikali mill-band ‘Footprints’ u ċerimonja tal-ġħeluq.

 

Ritratti: Facebook – JChallenge at Gudja – The Youth Village