Fil-ġimgħat li ġejjin evita madwar ir-roundabout ta’ Ħal Lija

Transport Malta se tkun qed twessa’ u tagħmel xogħlijiet oħra fi Triq il-Mosta, Triq in-Naxxar u Triq il-Kbira.
 Ix-xogħol se jibda llum u mistenni jkun lest fil-ġimgħat li ġejjin.
It-traffiku lejn il-Mosta u Ħal Lija mhux ser jiġi affettwat imma partijiet mis-service road fejn ser isir ix-xogħol, ser tkun magħluqa għat-traffiku għal xi ħinijiet.
Transport Malta tavża lis-sewwieqa biex kemm jista’ jkun jevita l-inħawi u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post.