Fil-Ġermanja; titkellem wara 27 sena f’koma

Mara reġgħat lura konxja wara li għamlet 27 sena f’koma. Il-mara li hija mill-Emirati Għarab Magħquda kella 32 sena meta sofriet minn feritha f’moħħha wara li l-karozza li kienet qed issuq baqgħat dieħla ġo karozza tal-linja lura fis-sena 1991.

Iżda s-sena l-oħra, wara li għamlet żmien ta’ riabilitazzjoni fil-Ġermanja, hija bdiet tagħmel xi ħsejjes hekk kif ippruvat tgħajjat lil binha wara li semgħatu jargumenta fil-kamra tal-isptar stess. Ġranet wara dan, hija rnexxielha tgħid ismu għall-ewwel darba wara deċenji sħaħ. Binha qal li issa qed jirnexxielha wkoll titlob kif ukoll tikkomunika u tagħmel konverżazzjoni ma’ dawk l-aktar qrib tagħha.