Fil-Ġermanja persuna fis-sakra toqtol 4 persuni fosthom tarbija

Read in English.

Erba’ persuni mietu wara li persuna b’karozza saqet b’veloċità qawwija fuq in-nies fi Trier fil-Ġermanja. Fost il-persuni mejta hemm tarbija ta’ disa’ xhur.

Il-pulizija qalet li iktar minn 10 persuni weġġgħu f’dan l-attakk. Persuni li kienu fuq il-post qalu li l-karozza bdiet tibdel id-direzzjoni u laqtet mara li kienet għaddejja bit-tarbija.

Ix-xufier li għandu 51 sena u joqgħod fiż-żona kien arrestat mill-pulizija. Huwa kien taħt l-influwenza ta’ ammont kbir ta’ alkoħol.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2pm madwar 120 mil ‘il bogħod minn Frankfurt. Is-servizzi tal-emerġenza Ġermaniżi ħeġġew lill-pubbliku biex ma jersaqx lejn iż-żona.