Fil-Ġappun qtugħ fil-provvista tal-elettriku fl-impjant nukleari ta’ Fukushima

Fil-Ġappun l-impjant nukleari ta’ Fukushima ntlaqat minn qtugħ fil-provvista tal-elettriku. Dan il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku affettwa lis-sistemi ta’ tkessiħ tal-għadajjar mitfija tal-fjuwil.

Fi stqarrija l-operatur Tepco stqarr li dan il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku se jkun investigat. L-operatur kompla jgħid li l-għadajjar affettwati kienu tlieta imma ma kinux affettwati s-sistemi ta’ tkessiħ lir-reatturi.

Dawn l-għaddajjar jaħżnu fjuwil li mhux tajjeb biex jintuża mir-reatturi nukleari. Dawn ir-reatturi jkessħu lill-fjuwil li jiġġenera sħana kbira u jipprovdu protezzjoni mir-radjazzjoni. Il-fjuwil li mhux tajjeb biex jintuża jinżamm fl-għaddajjar għal madwar sena jew aktar.