Fil-Ġappun jinstab varjant ġdid tal-coronavirus ġej mill-Brażil

Read in English.

Fil-Ġappun instab varjant ġdid tal-coronavirus li ħareġ mill-Brażil.

Il-Ministeru tas-Saħħa Ġappuniż qal li l-varjant instab f’erba’ turisti ġejjin mill-Brażil. Dan hu varjant differenti minn dak li nstab fir-Renju Unit u l-ieħor li nstab fl-Afrika t’Isfel.

Il-Kap tal-Istitut tal-Mard Infettiv Takaji Wakita qal li bħalissa għad m’hemm l-ebda provi li l-varjant il-ġdid jinfirex malajr, iżda dan il-varjant għadu qed jiġi studjat.

Fost l-erba’ persuni li kellhom dan il-varjant u waslu Tokyo fit-2 ta’ Jannar, kien hemm raġel li ma setax jieħu nifs sew, mara bi wġigħ ta’ ras u griżmejha misluħin, żagħżugħ bid-deni, u ż-żagħżugħa l-oħra ma kellha l-ebda sintomi.

Fil-Ġappun ġie ddikjarat stat ta’ emerġenza minħabba l-għadd allarmanti ta’ każijiet tal-coronavirus.