Fil-Ġappun għalissa se tieqaf il-kaċċa fuq il-baleni

L-attivisti ambjentali tal-grupp Sea Shepherd li jagħmlu bsaten fir-rotti lill-bastimenti Ġappuniżi li joqtlu l-baleni minħabba skop “xjentifiku” bħalissa jinsabu kuntenti hekk kif għal xi żmien twaqqfet il-kaċċa fuq il-baleni.

Skont l-aġenzija Ġappuniża tas-sajd, ir-raġuni prinċipali għaliex għalissa twaqqfet il-kaċċa “xjentifika” fuq il-baleni hi minħabba li l-vapuri tal-ambjentalisti qed jersqu viċin il-bastimenti tal-kaċċa u mhux iħalluhom jimlew il-bastiment biż-żejt.

18-il ġurnata oħra xorta waħda kienet se tagħlaq il-kaċċa fuq il-baleni fil-Ġappun.