Fil-foss tal-Belt għandu jsir il-ġnien – AD

Il-proġett tal-ġnien pubbliku fil-foss ta’ Bieb il-Belt ta’ Renzo Piano m’għandux jibqa’ fuq l-ixkaffa.
Fi stqarrija l-kelliem tal-Alternattiva Demokratika dwar l-Enerġija, Trasport u Infrastruttura Ralph Cassar qal li diversi nies esprimew id-diżappunt tagħhom li minflok il-ġnien se jsir parkeġġ.
Kompla jgħid li l-Belt hija aċċessibbli bit-trasport pubbliku u m’għandiex titkompla l-invażjoni ta’ karozzi.
Temm jgħid li aktar importanza qed tingħata lid-duħħan tal-karozzi minflok l-ispazju miftuħ.
Iċ-Chairperson tal-AD Arnold Cassola qal li l-istess qed jiġri f’Ta’ Xbiex li huwa taħt il-mira tal-iżvilupp u interessi kummerċjali privati, hekk kif il-Gvern qed iwarrab l-ispazji pubbliċi.