Fil-Filippini 32 persuna maqtula f’rejds għad-droga

Il-Pulizija Filippina qaltlet 32 persuna waqt rejds għad-droga.
Ir-rejds li saru lbieraħ seħħew fil-provinċja Bulcan.
Min-naħa tagħha l-Pulizija qalet li t-32 persuna kienu ssusspettati b’reati marbuta mad-droga u kienu armati u reżistew.
Il-President tal-Filippini Rodrigo Duterte fetaħ dik li sejħilha gwerra kontra d-droga. F’din l-imsejħa gwerra, li fiha nqatlu eluf ta’ persuni, kienet ikkritikata mill-komunità internazzjonali.
Matul l-istess rejd ġew arrestati 100 persuna u ġew ikkonfiskati diversi armi u drogi.