Fil-familja rridu nsostnu lil xulxin

Il-Familja Mqaddsa ta' Nazaret

Fl-okkażżjoni tal-Festa tal-Familja qaddsa ta’ Nazaret, il-Papa Franġisku qal lill-fidili miġbura fi Pjazza San Pietru li l-Familja ta’ Nazaret hi Mqaddsa “b’rigal ta’ Alla” u minħabba li l-membri tagħha “b’mod ħieles għażlu li jimxi mal-pjan tiegħu”. Il-Familja ta’ Nazaret kienet miftuħa għar-rieda t’Alla.

Marija

Il-Papa analizza lill-membri tal-Familja Mqaddsa u beda b’Marija u spjega il-manswetudni tagħha għall-azzjoni tal-Ispirtu s-Santu li permezz tiegħu saret omm Alla. “Kif jista wieħed ma jistagħġibx quddiem dan kollu?” staqsa l-Papa.

Marija, bħal kull tfajla oħra kienet qed tħejji “biex issaħħaħ il-pjan ta’ ħajjitha permezz tal-għaqda mal-għarus tagħha, Ġużeppi. Madankollu, meta ġiet mgħarrfa bil-missjoni li Alla kien qed isejħilha għaliha ma qagħditx taħsibha u ddikjarat li hi “qaddejja” tal-Mulej.

Ġużeppi                                                                                                         

Dwar il-figura ta’ San Ġużepp “fl-Evanġelju ma hemm ebda kelma dwaru”, qal il-Papa. Ġużeppi ma jitniffisx imma bl-azzjoni tiegħu, jobdi”. Papa Franġisku semma l-eżempju ta’ dak li hu sejjaħ ‘mument delikat’ meta Ġużeppi ried jingħat lil Marija bil-moħbi għax kienet tqila.  Il-Papa qal li Ġużeppi ried jagħmel hekk “biex ma jkunx ta’ ostaklu għall-Pjan ta’ Alla” u biex “iħalli lil Marija libera li timxi max-xewqa divina”. 

Ġesù

Fl-aħħar il-Papa tkellem dwar Ġesù, it-tielet membru tal-Familja Mqaddsa ta’ Nazaret. “Dan hu x-xewqa tal-Missier” qal il-Papa. San Pawl jgħid li fih ma kienx hemm “iva” jew “le” imma IVA biss. Dan, qal il-Papa intwera “f’ħafna mumenti fil-bidu tal-ħajja tiegħu”.

Bħala eżempju l-Papa semma meta Ġesù baqa’ fit-Tempju u l-ġenituri tiegħu għamlu tliet ijiem ifittxuh u meta sabuh qalilhom: “Ma tafux li jien irrid nagħmel ir-rieda ta’ missieri?” Ġesù kontinwament kien jirrepeti “Jien irrid nagħmel ir-rieda ta’ dak li bagħatni”. U fil-Ġnien tal-Eden qal: “Missier, jekk dan il-kalċi ma jistgħax jgħaddi jekk ma nixorbux, tkun magħmula r-rieda tiegħek”.

Dawn l-episodji kollha qal il-Papa huma t-twettieq tal-kliem ta’ Kristu li qal: “Int ma riedtx sagrifiċċji u offerti. Jien ġejt biex nagħmel ir-rieda tieghek, O Alla”.

Familja

Papa Franġisku  temm id-diskors tiegħu billi qal li l-Familja Mqaddsa toffri “risposta korali” għar-rieda  t’Alla. It-tliet membri tal-Familja għenu lil xulxin “biex jiskopru u jwettqu l-Pjan ta’ Alla”.

Il-Papa talab biex il-familja tkun mudell, biex ġenituri u tfal isostnu lil xulxin biex jimxu mal-Evanġelju li hu “il-pedament tal-qdusija fil-familja”.