Fil-Bulgarija,raġel jagħti n-nar lilu nniffsu

Fil-Bulgarija, raġel tal 51 sena jinsab f’kundizzjoni kritika wara li ta n-nar lilu nniffsu fil-pubbliku. B’hekk, dan sar ir-raba’ persuna li għamlet dan bħala protesta.
Din id-darba, ir-raġel ta n-nar lilu nniffsu quddem l-uffiċju tal-President.

Ma kienx hemm raġuni ċara għala din il-persuna għamlet dan. Iżda moviment pertikolari qed jassoċja dawn l-avvenimenti mal-faqar u l-korruzzjoni li hemm fil-pajjiż.