Read in English.
Eluf ta’ nies inġabru fl-kapitali tal-Bulgarija, Sofia nhar it-Tnejn biex għall-ħames jum konsekuttiv jitolbu r-riżenja tal-Prim Ministru Boyko Borissov, hekk kif qed ikomplu jesprimu l-frustrazzjoni tagħhom għall-korruzzjoni f’livelli għolja tal-gvern li minnha qed igawdu negozjanti kbar.
F’protesti simili f’ta’ l-inqas għaxar bliet oħra komplew jikkritikaw in-nuqqas minn naħa tal-prosekuturi li jindirizzaw il-korruzzjoni li huma saħqu, li qed tkisser is-saltna tad-dritt fl-iżjed pajjiż fqir fl-Unjoni Ewropea. Ħafna bdew jgħajjtu “Mafia!” u “Irriżenja!”
Il-pajjiż fil-Balkani, meqjus minn Transparency International bħala l-iżjed pajjiż membru ta’ l-Unjoni Ewropea korrott, għad irid jarresta uffiċjal għoli fuq korruzzjoni.
Il-ġimgħa l-oħra nibtet rabja kbira fost iċ-ċittadini wara li prosekuturi wettqu tfittxija fl-uffiċju tal-President Rumen Radev, magħruf għall-kritika ħarxa tiegħu fil-konfront ta’ Borissov, bħala parti minn investigazzjoni fuq żewġ kollaboraturi ta’ Radev.
Ħafna interpretaw dan bħala attakk fuq il-president, li spiss ikkritika lill-gvern ċentru lemini ta’ Borissov bl-istess mod kif dawk li qed jipprotestaw qed jitolbu għar-riżenja tiegħu.
Il-protesti jidher li mhumiex se jittaffew u qed ikunu ppjanati iżjed minnhom għal aktar tard din il-ġimgħa.