Fil-Bulgarija, il-poplu rrabjat dwar il-prezz għoli tad-dawl

Fil-Bulgarija, minkejja li tkeċċa l-Ministru tal-Finanzi, il-poplu għadu rrabjat dwar il-prezz għoli tad-dawl.

Intant komplew id-dimostrazzjonijiet wara protesti f’20 belt differenti fi tmiem il-ġimgħa. Dawn il-protesti qed jitqiesu fost l-ikbar manifestazzjonijiet pubbliċi mill-waqa’ tal-kommuniżmu. L-elezzjonijiet ġenerali fil-pajjiż mistennija jsiru dan is-sajf. Dan filwaqt li l-appoġġ għall-gvern taċ-ċentru-lemin naqas b’mod qawwi.

Il-paga medja fil-Bulgarija hija ta’ €400 fix-xahar. Meta mqabbla mas-sena li għaddiet il-kontijiet tad-dawl żdiedu b’bejn 50 u 100%.