Pazjenti fi djar tal-anzjani fil-Brażil kellhom l-opportunità li jerġgħu jgħannqu lil dawk l-aktar għeżież għalihom permezz tal-purtiera tal-plastik li wieħed jista’ jdaħħal idejh fiha.
S’issa fil-Brażil mietu aktar minn 42,000 persuna bil-coronavirus minn aktar minn 800,000 persuna li rriżultaw pożittivi.
Din il-purtiera ġiet installata fid-djar tal-anzjani f’Sao Paulo. Il-purtiera tippermetti lir-residenti jerġgħu jgħannqu lill-qraba tagħhom wara aktar minn tliet xhur ma jgħannquhom.
Bruno Zani, huwa in-negozjant li vvinta dawn il-purtieri li skont hu ġew ikkupjati minn madwar id-dinja.
L-idea li din il-putriera tiġi wżata fid-djar tal-anzjani ta’ Sao Paulo bdiet minn żewġ persuni , Zani u Maiara Martins li b’mod volontarju bdew iduru dawn id-djar u jagħtu din l-opportunità lil dawn l-anzjani jerġgħu jgħannqu lill-qraba tagħhom.