Fil-Brażil eks kandidat presidenzjali tniedi partit politiku ġdid

Fil-Brażil, eks kandidat presidenzjali u ministru għall-ambjent Marina Silva nediet partit politiku ġdid ‘Netwerk Sostenibbiltà’. Is-sena d-dieħla fil-Brażil se jsiru l-elezzjonijiet presidenzjali.

F’diskors quddiem mijiet ta’ partitarji fil-kapitali Brasilia, sostniet li l-kredenzjali tal-partit huwa wieħed favur l-ambjent. Skont il-liġi Brażiljana, biex ikun reġistrat partit ikun hemm bżonn il-firma ta’ kważi nofs miljun persuna.

Marina Silva kisbet it-tielet post b’madwar 20 miljun votant fl-elezzjoni presidenzjali tal-2010. Fit-tnedija tal-partit ġdid tagħha, Silva qal li hija mhux se tieħu pożizzjoni la favur u lanqas kontra l-gvern.

Din l-eks attivista tal-Amazon, ma qalitx jekk kinitx ħierġa għall-elezzjoni presidenzjali, għalkemm ħafna qed ibassru li tagħmel hekk. Huwa mistenni li l-alleati tagħha imorru mal-partit ġdid tagħha, imma sa issa l-ebda politiku ma ħabbar dan.