“Fil-bejgħ tal-maskri nqabżet il-linja… issa raħsu iktar minn 95ċ”

Read in English.

Il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri stqarr li fil-maskri kienet inħolqot sitwazzjoni ta’ abbuż li ma kinitx aċċettabbli f’mument ta’ kriżi. “Inqabżet il-linja u l-Gvern ħa azzjoni,” stqarr Schembri.

Meta kien qed jitkellem fil-ħin tal-mistoqsijiet, Schembri qal li l-maskri kienu qed jinbiegħu bi prezzijiet redikoli, bil-prezzijiet tal-surgical masks, jiġifieri dawk li jintremew, ilaħħqu iktar minn €2.

Huwa qal li bl-arranġament li sar mal-kamra tal-ispiżjara, il-prezzijiet raħsu iktar minn 95ċ. Schembri fisser li l-Gvern ħares lejn dak li ġara fl-Italja, fejn il-Gvern raħħas il-prezz għal 50ċ u l-maskri spiċċaw biex inħatfu ftit wara u bdew jinbiegħu bil-black market. Kien għalhekk li l-Gvern għażel li jpoġġi l-prezz ta’ 95ċ kif ġara fi Spanja u Franza biex joħloq bilanċ bejn prezz aċċettabbli u sigurtà tal-provvista.

Huwa qal li l-Gvern qabel li jagħti rifużjoni lura lil dawk l-ispiżjara li xtraw bi prezz iktar għoli u naqqas il-VAT minn 18% għal 5%.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn