“Fik sibt lil ħija li qatt ma kelli” – Toni lil Ron

Il-preżentatur tal-istazzjon 103 illum qed jiċċelebra għeluq snin. Toni Busuttil, wieħed mill-akbar ħbieb tiegħu ma qagħdx lura milli llum iħalli messaġġ mill-isbaħ biex jimmarka dan il-jum.

Busuttil kiteb li għandu ħafna xi jgħidlu lil Ron imma m’hemmx għalfejn joqgħod jagħmel dan bil-kitba.

“Fik sibt lil ħija li qatt ma kelli. Sibtek dejjem meta kont fil-bżonn. Imlejtli ħajti b’affarijiet sbieħ. Insomma, lilek ħadd ma’ jista’ jobgħodok għax ma tafx x’inhu ħażen. Qalbek tad- deheb b’kariżma ta’ kif għandu jkun ħabib ta’ veru.

“Tinbidel qatt u għal ħadd,” temm jgħid il-messaġġ.

Nawguraw l-isbaħ xewqat lill-kollega tagħna Ron, li ħafna wkoll jafuh fuq it-televiżjoni. Bħalissa hu jidher mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq TVM ma’ Luke Dalli u Amber fil-programm Il-Kumitat.

Ritratt: Olwyn Jo Saliba

Il-kerriera tiegħu tmur lura għal bosta snin. Kien fost il-parteċipanti tal-ewwel edizzjoni tal-programm L-Isfida u fl-2002 kien wieħed mill-preżentaturi tal-programm D-Mix.

Fl-2004 daħal mal-istazzjon Radio 101. Ħadem ukoll ma’ Radju Malta kif ukoll konna rajnih jippreżenta l-Malta Eurovision Song Contest. Bla dubju li jibqa’ assoċjat mal-game show Puree.

Elaine Saliba u Ronald Briffa

Rajnih kemm il-darba bħala attur, fi produzzjonijiet bħal K.C., Iċ-Ċaqqufa u Division 7, apparti d-diversi produzzjonijiet teatrali.

Ron jagħmel parti minn Drive Time fuq 103 li jixxandar bejn l-4pm u s-7pm.