Fih iktar kimika milli suppost… tikkunsmahx!

Natures Aid

Il-prodott Garcinia Cambogia m’għandux jiġi kkunsmat skont id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali minħabba l-ammont ta’ kimika li fih.

Fi stqarrija, id-Direttorat qal li l-prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li fih ammont għoli ta’ hydroxycitric acid (HCA).

Isem tal-prodottGarcinia Cambogia 625mg
DittaNatures Aid

 

Skont il-kumpanija nvoluta, parti mill-konsenja laħqet inxtrat mill-konsumatur. Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 21337333.