Figuri mkissra ta’ Ġesù esebiti f’wirja f’Għawdex

Wirja temporanja għal żmien ir-Randan taħt l-isem Ave Verum Corpus, qed tesebixxi varjetà ta’ figuri ta’ Ġesù, inklużi numru ta’ kurċifissi storiċi, li b’xi mod jew ieħor sofrew xi ħsarat.
Fil-wirja li qed issir fil-mużew Il-Ħaġar fir-Rabat Għawdex, wieħed jista’ jara numru ta’ figuri li ġejjin minn bosta żminijiet differenti bejn is-seklu 16 meta l-istil gotiku kien popolari, sas-seklu 19.
Il-wirja, li hija b’xejn, tinkludi wkoll figura Spanjola antika li ġejja mill-Messiku. 
Jekk tixtieq tara dawn il-figuri mnaqqxa fl-injam tista’ tagħmel dan billi żżur il-wirja li hija miftuħa għall-pubbliku kuljum bejn id-9am u l-5pm.