Figolla ta’ Karmen Tedesco

Riċetta ta' Karmen Tedesco
Temperatura tal-forn 190C
 Ingredjenti:

  • 200gr dqiq self raising
  • 75ml żejt taż-żebbuġa extra virgin
  • 150gr zokkor
  • 200gr lewż mitħun
  • Il-qoxra maħkuka tal-lumija
  • Niskata vanillina
  • 2 bajdiet mħabta
  • Kuċċarina jew tnejn ilma
  • Ftit icing sugar
  • 4 mgħaref lewż imfarrak

Metodu:
1. Ħaddem iż-żejt u d-dqiq, żid iz-zokkor, il-lewż mitħun, il-lumi u l-vanillina. Għaqqad bil-bajd imħabbat.
2. L-għaġina ħalliha ftit toqgħod, u wara iftaħ l-għaġina.
3. Bil-forma aqta‘ l-għamla li tagħżel.
4. Ferrex il-lewż fuq il-wicc u ippressa il-lewż fuq il-wiċċ tal-għaġina.
5. Erfa‘ l-għaġina bil-forma b‘kollox u poġġiha fuq trej miksi b’karta tal-ostji. Sajjar għall 20 minuta u fl-aħħar ferrex ftit icing sugar fil-wiċċ.
Għal aktar riċetti minn Karmen Tedesco segwi l-programm Ta' Kulħadd fuq RTK 103FM kuljum bejn id-9am u 12pm.