FIFA tordna lill-MFA tneħħi l-parametri

F’ittra mibgħuta mill-FIFA lill-MFA, il-korp governattiv tal-futbol dinji spjega kif ir-
retenzjoni tal-Parametri mill-MFA tmur kontra l-prinċipji tal-FIFA. FIFA qalet ukoll li r-regoli jridu jinbidlu biex jiġu konformi mal-bqija tad-dinja tal-futbol. Skont l-MFPA Malta, 18-il sena wara li tneħħew il-parametri madwar id-dinja, għadha żżomm din is-sistema illeċita.

Is-sistema tal-Parametri tirrikjedi li titħallas somma ta’ trasferiment biex plejer ikun jista’ jirreġistra ma klabb ġdid. Din is-somma hija dovuta anke jekk il-kuntratt skada b’mod naturali. Hija dovuta wkoll meta l-plejer inkwistjoni, kemm jekk raġel jew mara, u anka jekk plejer dilettant u ma jaqlax flus mill-futbol.

Din is-sistema tneħħiet mill-bqija tad-dinja tal-futbol wara d-deċiżjoni famuża ta’ Bosman, fejn il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ddeċidiet li ma tħallix sistema li xxekkel id-dritt li plejer jiċċaqlaq minn tim għal ieħor b’mod liberu.