Fifa tappella biex l-Iran tħalli lin-nisa jidħlu fil-grawnds tal-futbol

Il-president tal-Fifa Gianni Infantino qal li l-Iran għandha tħalli lin-nisa jattendu għal-logħob ġewwa l-grawnds tal-futbol. In-nisa Iranjani m’għandhomx permess jidħlu jaraw il-logħob. Din ir-regola daħlet dis-seħħ mindu t-timijiet tal-irġiel bdew jilagħbu l-futbol, ftit wara r-Revoluzzjoni Iżlamika li saret fl-1979.

Iżda Infantino qed jispera li din tinbidel qabel ma l-pajjiż jilgħab kontra l-Kamodja fil-logħob għall-kwalifika għat-Tazza tad-Dinja. Hu qal li l-pożizzjoni tal-Fifa hija waħda ċara – in-nisa għandhom jitħallew jidħlu fil-grawnds Iranjani.

Hu kompla billi qal li dan hu l-mument opportun biex jinbidlu l-affarijiet. Stqarr li l-Fifa qed tistenna tibdiliet pożittivi qabel il-logħoba li l-Iran se jilgħab f’daru f’Ottubru.