Fiex wasal il-proġett tat-tkabbir tal-Università f’Għawdex?

L-Università ta’ Malta għandha l-permessi meħtieġa mill-Awtorità tal-Ippjanar għat-twaqqigħ u bini mill-ġdid ta’ estensjoni fil-ġenb tal-binja tal-Kampus t’Għawdex.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li l-pjanijiet għal dan il-kampus jinkludu xogħlijiet oħra u sostna li “potenzjalment” isir proġett ieħor “intiż biex il-kampus jiġi rranġat aħjar b’mod li jakkomoda għadd ikbar ta’ studenti u attivitajiet akkademiċi li jistgħu jsiru fih”.
Spjega li l-intenzjoni hi li l-post ikabbar u jtejjeb il-faċilitajiet operattivi tiegħu fil-limiti finanzjarji li l-Università għandha biex isir dan ix-xogħol.
Il-Ministru Bartolo kien qed iwieġeb mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Chris Said dwar l-iżviluppi għat-tkabbir tal-kampus t'Għawdex.
Ritratt: Google