Fiera tal-Karrieri u r-Riċerka mill-KSU

Il-Kunsill Studenti Universitarji organizza l-Expo anwali għall-Karrieri u r-Riċerka.
Għaliha attendew diversi studenti fejn kellhom l-opportunità li jitkellmu ma’ min iħaddem u jaraw x’karrieri jistgħu jimmiraw għalihom wara li jlestu l-istudji tagħhom.
25 kumpanija kienu qed jieħdu sehem f’din il-fiera tal-karrieri.
Attendew ukoll għadd ta’ rappreżzentanti tal-Gvern u l-Oppożizzjoni, bil-mistieden tal-lum ikun il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna.
Huwa kien akkumpanjat fost l-oħrajn mill-Viċi President Steve Zammit Lupi.
Fil-ġranet li għaddew il-KSU ħabbar €60,000 f'fondi għal studenti universitarji.
Ritratt: MFIN