Fiduċjuż illi ser jkolli żmien sabiħ ma’ Chelsea – Giroud

L-attakkant il-ġdid ta’ Chelsea Olivier Giroud tkellem ma’ Telefoot dwar iċ-ċaqliqa l-ġdida tiegħu minn ma’ Arsenal u dwar ir-raġunijiet illi wassluh jagħmel dan il-pass. 
Il-plejer internazzjonali Franċiż sostna illi meta l-Gunners kienu ser jakkwistaw plejer ieħor offensiv wara l-firma ta’ Aubameyang, kien f’dan il-ħin illi ddeċieda illi jitlaq lit-tim wara sitt snin ta’ servizz lill-klabb.
Saħaq illi l-kowċ tal-Blues Antonio Conte kien qed jibbaża ħafna fuqu u dan imlieh b’kuraġġ illi kien wasal iż-żmien illi jbiddel il-klabb.
Fl-aħħarnett Giroud temm jgħid illi jinsab fiduċjuż illi ser ikollu kumplament ta’ staġun mill-aqwa fi Stamford Bridge.