Read in English.
Il-Kunsill Ġenerali tal-PN qed jivvota biex jagħżel bejn li ssir elezzjoni ġdida għal Kap tal-PN jew li jitlob lit-tesserati jiddikjaraw jekk għandhomx fiduċja jew le f’Adrian Delia.
Is-sena li għaddiet il-Kunsill Ġenerali ivvota b’67% favur li Delia jibqa’ kap sal-elezzjoni li jmiss. Iżda survey li sar dan l-aħħar wera li l-appoġġ għal Delia niżel għal 41%. Meta jiġu għall-vot kif se jiddeċiedu l-kunsilliera tal-PN?
Andrè Grech, li jappoġġja lil Delia, u Dr Michael Asciak li ressaq vot ta’ sfiduċja f’Delia se jiddiskutu s-suġġett waqt Newsbook Hour fuq 103 Malta’s Heart u Newsbook.com.mt. Id-diskussjoni se ssir is-Sibt fid-9am.