Fiċ-Ċina: Suspettati li pproduċew fliexken foloz tax-xorb; arrestati 15

Il-Pulizija fiċ-Ċina arrestat 15-il persuna suspettati li pproduċew aktar minn 55,000 fliexken foloz ta’ ditti rinomati tax-xorb.
Skont ir-Reuters, dan kien ifisser li setgħu jbiegħu xorb ta’ kwalità baxxa bl-ogħla prezzijiet.
Il-Pulizija fil-provinċja ta’ Fujian sabet tliet gruppi kriminali li kienu qed jużaw fabbriki li kienu jagħmlu fliexken foloz ta’ ditti famużi tax-xorb fiċ-Ċina.
Is-suspettati kienu jixtru xorb irħis u kienu jimlew il-fliexken foloz bih.
Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet fiċ-Ċina, Xinhua, huwa maħsub li setgħu għamlu aktar minn €13 miljun fi profitti.