Fiċ-Ċina, l-ikbar ammont ta’ dawl iġġenerat mill-ilma

Id-diga Three Gorges fiċ-Ċina kisret rekord dinji għall-produzzjoni ta’ enerġija mill-ilma. Dan wara iktar minn 10 snin minn meta saret l-ikbar impjant tal-enerġija fid-dinja.
Fl-2014, il-power station fix-xmara Yangtze ġġenerat 98.8 biljun kilowatt ta’ enerġija fis-siegħa.
L-ammont ta’ elettriku ġġenerat mill-impjant Three Gorges huwa ekwivalenti għal  dak li jiġġeneraw 49 miljun tunnellata ta’ faħam.
Dan ifisser li l-elettriku ġġenerat minn din id-diga qed jiffranka 100 miljun tunnellata ta’ emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju fl-arja.