“Fiċ-CHOGM se ningħaqdu kontra min irid inissel il-biża’” – PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li permezz taċ-CHOGM, il-Gvern Malti se jibgħat sinjal li ħadd m’għandu jibża minn persuni li jnisslu l-biża’ fil-ħajja tagħna.
Meta tkellem waqt il-Forum għaż-Żgħażagħ tal-Commonwealth,  saħaq dwar l-importanza li tibqa’ għaddejja kull ħidma intiża biex tgħin lill-morda u l-foqra.
Aċċenna għal dak li qed jidher fuq il-mezzi soċjali, li qal huma invażati b’rapporti u ritratti ta’ terrur madwar id-dinja.
Il-Prim Ministru żied jgħid li l-mexxejja tad-dinja ma jistgħux jagħlqu għajnejhom quddiem realtajiet bħal dawn, iżda fl-istess ħin lanqas ma jistgħu jingħalqu f’kamra.
Spjega li l-mexxejja għandhom imexxu bl-eżempju u juru li d-dinja hija maqgħuda kontra dawn l-atti ta’ terrur.
Ritratt; Facebook