“Fi żmien qasir il-Qorti se joħroġ miċ-Ċittadella”

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo ħabbar li f’qasir żmien il-Qorti ta’ Għawdex se joħroġ miċ-Ċittadella u fis-sit fejn bħalissa hemm il-Qorti, issir Boutique Hotel.
Waqt is-sessjoni Gvern li Jisma’, li saret fiċ-Ċittadella, li għadha kif ġiet inawgurata b’investiment ta’ €14-il miljun, il-Ministru għal Għawdex elenka lista ta’ proġetti u inizjattivi li qed jieħu l-Ministeru:
Sit ġdid għall-Qorti:  Il-Ministru spjega li b’mod imminenti, il-MEPA mistennija tiddeċiedi fuq il-bini l-ġdid tal-Qorti flimkien ma’ parkeġġ.
Gozo Channel: Il-Ministru Anton Refalo qal li żdiedu l-vjaġġi tal-Gozo Channel. Saħaq li b’din iż-żieda fil-vjaġġi u bir-roħs fin-nollijiet, il-Gozo Channel daħħlet €400,000 bejn Jannar u Mejju li għadda.
Turiżmu: Dr Anton Refalo spjega kif it-turiżmu f’Għawdex żdied bi 58%.
Anzjani: Semma l-bini tal-ewwel dar tal-anzjani f’Għawdex, li se ssir f’Għajnsielem, b’140 sodda.
Aċċessibiltà: Il-Ministru Refalo qal li bħalissa għaddej studju dwar il-fast ferry u l-mina bejn iż-żewġ gżejjer.
Xogħol f’Għawdex: Il-Ministru saħaq li l-ħaddiema full-time f’Għawdex żdiedu b’aktar minn elf.
Infrastruttura:  “Fi tliet snin, saru 17-il kilometri ta’ tarmak f’toroq madwar Għawdex b’investiment ta’ €8 miljun,” żied jgħid.