“Fi żmien qasir ħallejt impatt fuq kull min jafek” – Puttinu

Puttinu Cares sellmu l-memorja taċ-ċkejken Miguel Damato li miet fl-età żgħira ta’ 9 snin. It-tfajjel kien jinsab jieħu l-kura għall-kanċer.

Fil-messaġġ tagħhom Puttinu Cares iddeskrivew lil Miguel bħala tifel eċċezzjonali, edukat, sabiħ, bravu u determinat.

“Ta’ 9 snin kont diġà tgħallimna l-ħlewwa u x’inhi l-vera mħabba. Fi żmien qasir ħallejt impatt fuq kull min kien jafek. B’qalbna mnikkta ngħidulek strieħ fis-sliem u itlob għal ommok u missierek mill-ġenna,” temm jgħid il-messaġġ il-messaġġ ta’ Puttinu.

Il-kulleġġ tal-iskola Primarja ta’ Santa Theresa wkoll sellmu l-memorja tat-tifel waqt li taw il-kondoljanzi lil Stephen u Chantelle, il-ġenituri tat-tfajjel, li huma kienu jqisu bħala parti mill-familja tagħhom.

Miguel kien jagħmel ukoll parti mill-Birkirkara FC Youth Academy, li wkoll sellmu l-memorja taċ-ċkejken.

Strieħ fis-sliem.