Fi tmiem it-tiġrija għas-siġġu, il-PD jawgura lill-Kap tal-PN

Wara li llum tħabbar min tela’ fil-Parlament f’isem il-Partit Nazzjonalista flok Jean Pierre Debono, u għalhekk se jċedi s-siġġu biex finalment il-Kap Nazzjonalista jidħol fil-Parlament, il-Partit Demokratiku awgura lil Dr Delia.
Il-PD kien għamilha ċara mill-bidu li ma jħaddanxil-prospettiva ta’ Adrian Delia bħala kap tal-PN, il-partit li miegħu jinsab f’koalizzjoni fl-Oppożizzjoni.
Meta kienet Kap tal-PD, Marlene Farrugia kienet qalet li ebda mill-4 kontestanti ma kellhom il-kwalitajiet neċessarji biex imexxu lill-Oppożizzjoni.
Meta ġie elett Dr Delia, u wara li nqalgħu l-allegazzjonijiet kollha dwar il-finanzi tiegħu l-allegat kont f’Jersey u l-flus li ntqal li ġejjin mill-prostituzzjoni, il-PD kien qal ukoll li Dr Delia m’għandux il-kredenzjali biex joffri gvern alternattiv lill-pajjiż.
Sadanittant, illum fi stqarrija l-PD enfasizza li mis-siġġijiet li l-poplu tah se jkompli jiskrutinizza lill-Gvern u fl-istess ħin iwitti t-triq għal Oppożizzjoni bħala gvern ġdid li jħares lil kulħadd, hu min hu.