Fi tmiem il-ġimgħa, Apple tbiegħ 9 miljun iPhone

Il-kumpanija Apple ħabbret li matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet, biegħet aktar minn disa’ miljun iPhone. In-numru rekord ta’ bejgħ issorprenda anke lill-analisti li kienu qed ibassru li l-bejgħ kien ħa jkun bejn il-ħames u s-seba’ miljuni l-aktar.

Is-sena li għaddiet, Apple biegħet ħames miljun iPhone 5s. Din id-darba, fi tmiem il-ġimgħa wieħed biss, il-kumpanija żiedet il-bejgħ b’erba’ miljuni.

Esperti qed jgħidu li din iż-żieda fil-bejgħ tista’ tiġi attribwita għal fatt li ħadd ma tħalla jordna l-iPhone minn qabel.

Minn dawn id-disa’ miljun iPhone, jidher li l-iPhone 5s u l-iPhone 5c kienu l-akbar kontributuri.