Fi tliet xhur, 684 ikorru fuq ix-xogħol

Bejn Ottubru u Diċembru li għaddew, 684 persuna kellhom inċident fuq il-post tax-xogħol.

Kien hemm tnaqqis ta’ 4 inċidenti fuq l-istess perjodu tas-sena ta’ qabel. Persuna waħda tilfet ħajjitha.

L-inċidenti fil-qasam tal-manifattura naqsu b’31. Dan filwaqt li baqgħu komuni l-inċidenti fil-kostruzzjoni.

Dawn l-inċidenti ma kienux gravi u wasslu biex il-ħaddiema kellhom feriti ħfief.