4 Ministri jonfqu €200,000 f’safar

Fi tliet snin intefqu kważi €200,000 minn impjegati fis-Segretajrat privat ta' erba' Ministri f'safar.
Dan ħareġ minn risposti separati tal-Ministri rispettivi għad-domanda tad-Deputat Nazzjonalista Mario De Marco.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin spjega li mill-2014 sal-2016 saru 84 safra fis-Segretarjat privat tiegħu.
Żied jgħid li n-nefqa totali kienet ta’ €123,261.99.
Min-naħa tiegħu l-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi spjega li mill-2014 sal-2016 fis-Segretarjat privat tiegħu saru 33 safra.
Żied jgħid li l-ispejjeż totali kienu ta’ €40,915.51.
Il-Ministru għat-Turiżmu Edwad Zammit Lewis spjega li fis-Segretarjat privat tiegħu nefaq €18,937.79 f’24 safra.
Fl-aħħar nett id-Deputat Prim Ministru Louis Grech spjega li fis-Segretarjat privat saru 10 safriet fi tliet snin, bin-nefqa totali ta’ €9,080.47.