Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li jinsabu fi stadju avvanzat it-taħditiet mal-Ministeru tat-Turiżmu dwar il-possibilità ta’ servizz bil-ħelikopter bejn iż-żewġ gżejjer.
Hija kienet qed twieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said, li staqsa fiex wasal il-proġett tal-Airfield f’Għawdex u meta mistenni jibda jintuża.
F’April ta’ din is-sena l-Ministru kienet qalet li ma tistax tippubblika r-riżultati tal-istudji li saru fuq l-impatt ekonomiku u soċjali li jistgħu jħallu airstrip jew airfield f’Għawdex, minħabba li l-informazzjoni hi ta’ natura sensittiva. Hija kienet wieġbet hekk wara li Chris Said kien staqsa biex titpoġġa kopja tar-riżultati fuq il-mejda tal-kamra.
L-airstrip kienet ippjanata li tkun lesta sal-2017 u fid-dokumenti li kienu intbagħtu lill-Unjoni Ewropea kien hemm miktub li bl-airstrip il-ġdida Għawdex kellu jirdoppja l-ammont ta’ turisti li jżuruh.
Fl-2014, il-Ministru ta’ dak iż-żmien Anton Refalo kien qal li l-istudji dwar dan il-proġett kienu waslu fil-fażi finali