Spanja terġa’ tiftaħ il-kafetteriji

Mara liebsa maskla protettiva timxi ħdejn klijenti il jinsabu barra ħanut tax-xorb hekk kif ċerti provinċji fi Spanja jitħallew jerħu r-restrizzjonijiet matul l-ewwel fażi, wara t-tifqigħa tal-marda tal-COVID-19, f’Palma de Mallorca, Spanja, 11 ta’ Mejju, 2020. REUTERS/Enrique Calvo

Read in English.

Waiters libsin maskri protettivi servew il-kafé u “bocadillo” sandwiches fil-ħwienet tal-kafé f’Sevilja nhar it-Tnejn, hekk kif Spanja bdiet terħi r-restrizzjonijiet wara tnaqqis fl-epidemija tal-coronavirus li wassal biex l-ammont ta’ mwiet ġodda jonqos għall-aktar rata baxxa f’dawn l-aħħar xaharejn.

“Tassew ninsab kuntenta, vera xtaqt niġi lura x-xogħol. Ilna magħluqin għal dawn l-aħħar xaharejn,” qalet Marta Contreras, waitress fiċ-ċentru ta’ Sevilja, filwaqt li tbissmet minn wara l-maskra tagħha. 

Nhar it-Tnejn, madwar nofs is-47 miljun persuna li jgħixu fi Spanja għaddew għall-hekk imsejħa Fażi 1, l-ewwel pass fi pjan ta’ erba’ stadji biex jntreħa wieħed mill-aktar lockdowns stretti fl-Ewropa, wara li l-gvern iddeċieda li r-reġjuni fejn jgħixu kien jissodisfa ċerti kriterji. 

Madwar 40% tan-negozji żgħar kollha fi Spanja u 60% taż-żoni reġgħu fetħu f’Fażi 1, skont il-Federazzjoni Nazzjonali ta’ Ħaddiema Awtonomi. Fl-industrija tal-ospitalità, huma biss 20% tan-negozji li reġgħu fetħu madwar Spanja. 

Bliet bħal Madrid u Barċellona, li ntlaqtu tassew ħażin minn din il-pandemija, għadhom ma waslux f’din il-fażi għalissa, u l-ħwienet tal-kafé baqgħu magħluqa fi pjazez bħal Plaza Mayor u Puerta del Sol fil-belt kapitali li s-soltu jkunu ffullati, u dan ikkawża tensjoni fost ir-residenti ta’ Madrid.

“Inħossu li għandna ningħataw aktar libertà biex nerġgħu nibdew niftħu l-ekonomija, b’attenzjoni u kawtela … Għax dan jista’ jkollu effett devastanti fuq l-ekonomija u fuq persuni normali, filfatt diġà kien detrimentali,” qal Miguel Angel, avukat ta’ 59 sena li jgħix f’Madrid.

Data mill-Ministeru għas-Saħħa turi li r-rata ta’ mwiet ta’ kuljum naqset għal 123 nhar it-Tnejn, minn 143 nhar il-Ħadd, biex l-għadd totali ta’ mwiet minħabba l-pandemija issa laħaq is-26,744 f’wieħed mill-pajjiżi li ntlaqtu l-agħar fid-dinja. Dan in-numru ta’ kuljum, l-anqas f’dawn l-aħħar seba’ ġimgħat, niżel mir-rata rekord ta’ 950 fil-bidu ta’ April.

Servizzi fil-knejjes reġgħu bdew b’numru limitat ta’ siġġijiet minflok bankijiet, li kienu mifruxa fuq ġewwa f’distanza ta’ 2 metri biex jiġu rispettati l-miżuri ta’ distanza soċjali. 

Wara rilassament fil-kundizzjonijiet tal-lockdown, jistgħu jiltaqgħu sa 10 persuni u n-nies jistgħu jiċċaqalqu liberament fil-provinċja tagħhom.

Is-sidien tan-negozji kienu kuntenti li se jerġgħu jibdew joperaw wara paraliżi tant twila, imma bosta qalu li kienu għadhom qed janalizzaw it-telf tagħhom.

“Irnexxielna nerġgħu niftħu grazzi għal sid il-kera li naqqas il-kera tagħna b’mod sinifikanti, u bl-appoġġ tal-persunal kollu li aċċettaw tnaqqis fil-paga biex aħna nkunu nistgħu nerġgħu nibdew naħdmu,” stqarr Jose Manuel, propjetarju ta’ ħanut tal-kafé f’Sivilja.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn