“Fi Smart City hemm potenzjal għan-negozji” – Ministru Cardona

Il-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona qal li l-proġett ta’ Smart City għandu potenzjal kbir li jattira negozji biex jistabilixxu ruħhom fih.
Dr Cardona qal dan waqt li ffirma l-ftehim bejn Smart City Malta u l-kumpanija fil-qasam turistiku FTIAS.
B’dan il-ftehim, l-FTIAS se tkun qed tokkupa mal-4,000 metru kwadru fuq tliet sulari fil-bini ta’’Smart City.
Din il-kumpanija li tattira numru kbir ta’ turisti lejn Malta mill-Ġermanja, l-Awstrija u l-Isvizzera se tħaddem mal-250 persuna f’dawn l-uffiċini l-ġodda.
Il-Ministru Cardona feraħ lill-kumpanija għall-investiment u l-impenn biex joffru taħriġ lill-impjegati billi jħallsulhom anke l-istudji tagħhom.

Ritratt: DOI – Jeremy Wannacott