Fi New Zealand għaddej referendum dwar il-bandiera nazzjonali

Il-poplu ta’ New Zealand beda jivvota f’referendum li għandu jarah jagħżel x’jippreferi, minn fost disinni proposti, jekk tinbidel il-bandiera nazzjonali.
L-għażla hi bejn ħames disinni wara kritika qawwija mill-pubbliku għall-aħħar erba’ disinni magħżula minn ġurija.
Oriġinarjament kienu ġew sottomessi iktar minn 10,000 disinn li tniżżlu għal 40 imbagħad l-aħħar erbgħa.
Vot ieħor is-sena d-dieħla se jara lir-residenti tal-pajjiż jiddeċiedu liema jridu, bejn id-disinn li jikseb l-iktar voti f’dan ir-referendum u l-bandiera nazzjonali attwali.
Skont il-Prim Ministru John Key, il-bandiera t’issa ma tirrappreżentax lil New Zealand tal-lum.